01:02
ros-ann
116
Mk 10:17-21 -- Give everything you own to the poor, follow me - Mur, bigħ li għandek...imxi warajja. NOVEMBER 29 - All Saints of the Franciscan Order (I,II,III Ord.) Feast 29 ta’ Novembru - IL-QADDISIN …Aktar
Mk 10:17-21 -- Give everything you own to the poor, follow me - Mur, bigħ li għandek...imxi warajja.

NOVEMBER 29 - All Saints of the Franciscan Order (I,II,III Ord.) Feast
29 ta’ Novembru - IL-QADDISIN KOLLHA TAL-ORDNI FRANĠISKAN. Festa

Evanġelju
Mur, bigħ li għandek u ejja u imxi warajja
Mk 10, 17-21

Qari mill-Evanġelju skont San Mark

F’dak iż-żmien Ġesù [Mk:10:17] kien se jaqbad it-triq, meta mar fuqu wieħed jgħaġġel, niżel għarkubbtejh quddiemu u qallu: "Mgħallem tajjeb, x'għandi nagħmel biex nikseb il-ħajja ta' dejjem?" [Mk:10:18] "Għaliex qiegħed issejjaħli 'tajjeb'?" qallu Ġesù,"ħadd ma hu tajjeb ħlief Alla biss. [Mk:10:19] Inti l-kmandamenti tafhom: la toqtolx, la tiżnix, la tisraqx, la tixhidx fil-falz, la tiħux bil-qerq dak li hu ta' ħaddieħor; weġġaħ lil missierek u 'l ommok." [Mk:10:20] U dak wieġbu u qallu: "Mgħallem, jiena dan kollu ili nħarsu minn żgħożiti." [Mk:10:21] Mbagħad Ġesù xeħet fuqu ħarsa ta' mħabba u qallu: "Ħaġa waħda tonqsok: mur bigħ li għandek, agħtih lill-fqar, u jkollok teżor fis-sema; mbagħad ejja u imxi warajja."

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu